Pieta’ Hotspurs u Marsaxlokk kisbu rebħiet tajba fil-Fuel 10K Under 16 Futsal League sabiex kisbu tliet punti importanti fil-klassifika tagħhom.
Minn sezzjoni A, Pieta’ Hotspurs rebħu lil Marsaskala 5-1. It-tim rebbieħ dejjem kien fil-kontroll tal-logħba u skorjaw ħames gowls bix-Xlukkajri li naqqsu l-marġni tal-iskor lejn l-aħħar.
Luca Bugeja skorja doppjetta filwaqt li Kayden Pace, Zak Borg u Kylon Aquilina niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Nick Caruana skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Marsaskala.
Referees kienu Jonathan Balzan u Tesmarie Busuttil.
F’sezzjoni B, Marsaxlokk iddominaw għal kollox il-konfront tagħhom kontra Qrendi tant li rebħu 9-1.
Luca Grima u Keiron Falzon Caruana skorjaw tripletta kull wieħed sabiex Liam Galea kien awtur ta’ doppjetta personali. Zion Azzopardi żied ieħor għat-tim rebbieħ.
L-uniku gowl ta’ Qrendi ġie skorjat minn Ely Galea.
Referees kienu Jonathan Balzan u Tesmarie Busuttil.
Illum ikompli l-Fuel 10K Under 16 Futsal League hekk kif Zabbar St Patrick jilagħbu kontra Pembroke Athleta fil-4.45pm filwaqt li fis-6pm Naxxar Lions jaffaċċjaw lil Floriana.