Mosta u Marsaskala kellhom wirjiet pożittivi fil-logħbiet rispettivi tagħhom mill-FUEL 10K Under 16 Futsal League wara rebħiet tajba li kisbu.
Mosta kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata wara skor ta’ 4-0 kontra Luqa St Andrew’s.
Daryl Cachia kien ta’ ispirazzjoni għall-Mostin wara li skorja doppjetta filwaqt li Keirin Pace u Daniel Belfiore Sciberras komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom.
L-aħjar plejer tal-logħba kien Daryl Cachia ta’ Mosta.
Marsaskala għelbu lil Birżebbuġa Windmills 4-2 fid-dwell bejn żewġ timijiet min-naħa t’isfel ta’ Malta.
Kienu Birżebbuġa li marru minn fuq permezz ta’ Luis Rapce sabiex Kelvin Pace ġab l-iskor indaqs għall-Iskalin. Dawn tal-aħħar għamlu kuraġġ u żiedu tliet gowls oħra wara doppjetta ta’ Paul Caruana u gowl ieħor ta’ Shemezon Mifsud.
Luis Rapce għaqqad doppjetta personali iżda ma kienx biżżejjed għal Birżebbuġa Windmills.
L-aħjar plejer kien Rowen Ciantar ta’ Marsaskala.