Monday, February 10, 2025

Futsal U16: Żabbar St Patrick iżommu l-konsistenza

Aqra wkoll

Żabbar St Patrick kellhom wirja mill-aqwa fi grupp B tal-Fuel 10K Under 16 Futsal League wara li għelbu lil Qrendi 10-0.

It-tim immexxi minn Daniel Sowatey kien dominanti tul il-logħba kollha fejn fost l-oħrajn kellhom lill-captain Luca Zerafa u Dejan Sant li spikkaw tant li skorjaw tliet gowls kull wieħed. Mikhael Micallef, Iker Zerafa, Joseph Bromwidge u awtogowl ta’ Jake Buttigieg komplew żiedu l-iskor għaż-Żabbarin.

Referees kienu Stefania Bonnici u Sara Kankaras.
San Ġwann kisbu rebħa tajba ta’ 5-2 kontra Marsaskala. Kienet logħba ferm interessanti għalkemm fil-ġurnata t-tim minn San Ġwann kellhom xi ħaġa iktar mill-avversarji tagħhom.

Noah Cassar u Michael Borg Hedley skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Miguel Farrugia kien ukoll fost l-iskorers.

Marsaskala naqqsu l-marġni tal-iskor b’doppjetta ta’ Nick Caruana.

Referees kienu Stefania Bonnici u Sara Kankaras.

Illum ikollna logħba waħda minn dan il-kampjonat hekk kif San Ġwann jilagħbu kontra Pieta’ Hotspurs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport