Wednesday, July 24, 2024

Futsal: Vanessa Carneiro deċiżiva għal Swieqi

Aqra wkoll

Swieqi United Futsal rebħu d-decider għat-tielet post tal-Enemed Women’s Futsal League meta ddominaw il-logħba kontra Lija Athletics B tant li rebħu 6-0.

Swieqi kienu diġa’ stabilixxew vantaġġ ta’ tliet gowls sa tmiem l-ewwel taqsima u komplew jamministraw il-logħba sabiex ħarġu rebbieħa.

Vanessa Carneiro kienet l-istilla għal Swieqi meta skorjat ħames gowls b’Amy Abdilla li żiedet ieħor aktar tard.

Referees kienu Pierre Bonnici u Antonio Cassar.

Wara dan ir-riżultat, saru magħrufa wkoll il-logħbiet tal-play-offs minn din il-kompetizzjoni li se jsiru f’Marzu. Fil-fatt, Mtarfa jilagħbu kontra Lija Athletics B filwaqt li Swieqi United jaffrontaw lil Lija Athletics A.

Ekonomija

Sport