Wednesday, July 24, 2024

Futur inċert għal Donny van de Beek

Aqra wkoll

Jidher li xejn ma jista’ jiġi tajjeb għall-midfielder Olandiż ta’ Manchester United, Donny van de Beek.

Wara li huwa ngħaqad mar-Red Devils mingħand Ajax, fl-2020, huwa ġie ffriżat miż-żewġ managers, Ole Gunnar Solskjaer u Erik ten Hag, bil-konsegwenza li fil-bidu tal-istaġun ingħaqad b’self ma’ Eintracht Frankurt. 

Iżda huwa lagħab tmien partiti biss minħabba injury. U waqt li Eintracht mhux se jestendu s-self, il-United ma jridux iżommuh iżda ma jriduhx jibqa’ fil-Premier League. 

Peró, jidher li bħalissa l-ebda team ma jinsab interessat fis-servizzi tiegħu. 

Ekonomija

Sport