Thursday, April 10, 2025

Gabriel Dobre jħabbar lskwadra ta’ 14-il player għall-partita li jmiss tal-UEFA Euro Futsal Main Round kontra l-Finlandja

Aqra wkoll

imsejħa skwadra ta’ 14-il player għal-logħba li jmiss tal-uefa euro futsal main round kontra l-finlandja

Il-coach, Gabriel Dobre, ħabbar l-iskwadra  ta’ 14-il player għall-partita li jmiss tal-UEFA Euro Futsal Main Round kontra l-Finlandja, li għandha ssir aktar tard din il-ġimgħa.

Malta se tkun qed taffronta lill-Finlandja nhar il-Ħamis, 10 ta’ April, fis-6.00 pm, fl-Energia Areena f’Vantaa, il-Finlandja.

Malta għadha ġejja minn logħba kumbattuta kontra l-Italja, fejn żammet il-pass mat-Taljani għal ħinijiet twal.

Wara l-konfront kontra l-Finlandja, Malta se tkun qed tiffaċċja lill-Belarus, nhar l-Erbgħa, 16 ta’ April, li tibda fis-7.00 pm.

Għall-partita kontra l-Finlandja, il-coach Dobre għażel skwadra ta’ 14-il player li hija din:

Goalkeepers – Clint Mifsud (Luxol St Andrews Futsal), Mark Adami (University of Malta Futsal)

Players – Michael Borg (Luxol St Andrews Futsal), Celino Alves de Freitas (Luxol St Andrews Futsal), Giancarlo Sammut (Ta’ Xbiex Futsal), Karl Luke Schembri (Swieqi Futsal), Mark Zammit (Luxol St Andrews Futsal), Maicon da Silva Gaiewski (Luxol St Andrews Futsal), Nathan Cope (Luxol St Andrews Futsal), Luke Gatt (Luxol St Andrews Futsal), Marrwan Telisi (Luxol St Andrews Futsal), Dylan Briscoe Pace (Swieqi Futsal), Andy Mangion (Luxol St Andrews Futsal), Amin Louati (Hamrun SC Futsal).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport