Wednesday, July 24, 2024

Gabriel Dobre jsejjaħ 15-il plejer għat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tal-Futsal, Gabriel Dobre, għadu kif sejjaħ 15-il plejer għall-impenji li ġejjin kollha li jilħqu l-qofol tagħhom f’April bil-parteċipazzjoni tant mistennija tat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal fil-Kwalifiki tal-EURO tal-Futsal.

Dawn il-Kwalifiki huma skedati fil-ġimgħa bejn il-5 u t-12 ta’ April.

Nhar il-Ħamis ta’ din il-ġimgħa, se jsiru t-tlugħ tal-poloz biex jiġi stabbilit liema timijiet jittellgħu ma’ Malta f’dan il-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA f’April.

It-tħejjijiet għal din il-kompetizzjoni tant mistennija għall-players Maltin se jiżdiedu aktar tard din il-ġimgħa b’Kamp ta’ Taħriġ ta’ erbat ijiem, li jibda mill-Erbgħa 24 sal-Ħadd 28 ta’ Jannar.

Dan kollu se jkun segwit mill-Futsal Week February Cup li tibda nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar sal-Ħadd 4 ta’ Frar 2024.

Il-lista ta’ 15-il plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal imsejħa mill-kowċ Gabriel Dobre hija din:-

Goalkeepers – Clint Mifsud, u Brandon Debono.

Players – Celino Alves, Michael Borg, Andre Cachia, Giancarlo Sammut, Andre Ciancio, Steven Camilleri, Mark Zammit, Maicon Da Silva, Andy Mangion, Karl Luke Schembri, Cleaven Portelli, Marrwan Telisi, Collin Sammut.

Ekonomija

Sport