Tuesday, April 30, 2024

Gabriel Martinelli jixtieq jibqa’ jilgħab ma’ Arsenal għall-karriera tiegħu kollha

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Arsenal, Gabriel Martinelli, ħabbar ix-xewqa tiegħu li jibqa’ jilgħab mal-Gunners għall-karriera tiegħu kollha.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ħalla impressjoni mmedjata fil-club wara l-wasla tiegħu fis-sajf tal-2019 u issa stabbilixxa ruħu bħala player regolari taħt Mikel Arteta.

Martinelli jinsab taħt kuntratt ma’ Arsenal sal-2024 bl-għażla ta’ sena oħra, u r-rebbieħ ta’ midalja tad-deheb Olimpika jista’ jara lilu nnifsu jirtira fit-Tramuntana ta’ Londra.

Fi klimeu: “Jekk nista’, nibqa’ hawn ħajti kollha. Irrid nirbaħ l-unuri ma’ dawn il-partitarji mill-aqwa u mal-players sħabi.”

Martinelli skorja 16-il goal u pprovda disa’ assists f’71 dehra għal Arsenal fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi erba’ goals u żewġ assists minn 16-il logħba tal-Premier League f’dan l-istaġun.

Sport