Monday, May 13, 2024

Gaetano Castrovilli ma’ Bournemouth

Aqra wkoll

Il-futur tal-midfielder internazzjonali Taljan Gaetano Castrovilli se jkun fil-Premier League Ingliż hekk kif se jkun qed jingħaqad minn ma’ Fiorentina għal ma’ Bournemouth għas-somma ta’ €14-il miljun flimkien ma’ xi bonus.

Castrovilli flimkien mal-aġent tiegħu Alessandro Lucci laħqu ftehim mad-diriġenti Viola sabiex tal-ewwel jilbes il-flokk ta’ The Cherries. Hu se jingħaqad ma’ tliet plejers li kienu jilagħbu fis-serie A Taljana u dawn huma Ionut Radu, Hamad Traore u Justin Kluivert.

Sport