Monday, May 13, 2024

Joao Cancelo segwit minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona mistennija jitilfu lil Ousmane Dembele li mistenni jingħaqad ma’ Paris St Germain. Madankollu d-diriġenti Katalani qed jikkonċentraw ruħhom sabiex jaslu għall-akkwist tal-winger eks-Juventus u Manchester City Joao Cancelo. Dan tal-aħħar hu l-favorit tal-kowċ Xavi li jixtiequ bħala parti mill-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej.

Dan l-aħħar hu kien qed jilgħab b’self ma’ Bayern Munich għalkemm din l-esperjenza ma tantx kienet daqshekk pożittiva.

Cancelo lagħab ukoll 44 partita mat-tim nazzjonali Portugiż u skorja tmien gowls.

Sport