Monday, May 6, 2024

Galatasaray interessati f’Roberto Firmino

Aqra wkoll

Galatasaray huma ferm viċin li jiksbu r-rebħ tat-titlu Tork filwaqt li diġa’ kisbu post matematiku fil-UEFA Champions League.

Id-diriġenza mill-belt ta’ Istanbul diġa’ qed taħdem sabiex issaħħaħ it-tim u l-kowċ Okan Buruk ikollu skwadra ferm kompetittiva.

L-ewwel pass hu li jżommu lill-attakkant Arġentin Mauro Icardi filwaqt li fl-istess diriġenti se jippruvaw jiffirmaw lill-Brażiljan Roberto Firmino li se jitlaq lil Liverpool

Mhux hekk biss, il-ħsieb hu wkoll li jakkwistaw is-servizzi tal-plejer ta’ PSG Renato Sanches.

Sport