Friday, April 26, 2024

Manchester United viċin li jakkwistaw lil Mason Mount?

Aqra wkoll

Manchester United huma lesti li jsaħħu nofs il-grawnd bil-kowċ Erik Ten Haag li jrid aktar stabbilta’ f’dipartiment li mhux dejjem kien tajjeb tul dan l-istaġun.

Id-diriġenti tar-Red Devils huma lesti sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder ta’ Chelsea Mason Mount. Dan tal-aħħar għandu kuntratt li jtul sa Ġunju 2024 bir-Red Devils iżda li lesti joffru s-somma ta’ €60 miljun għalih. 

Sadanittant it-tim minn Manchester iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Liverpool u Arsenal li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.

Sport