Sunday, April 14, 2024

Zlatan Ibrahimovic kontra l-ħin biex jirkupra għall-aħħar logħba tal-kampjonat

Aqra wkoll

Zlatan Ibrahimovic jinsab b’ġirja wara l-ħin sabiex jirkupra fiżikament u jkun disponibbli għall-kowċ Stefano Pioli fl-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Verona fi Stadio San Siro.

Il-plejer ta’ 40 sena weġġa’ fit-23 t’April li għadda fil-logħba kontra Lecce għalkemm kien nieqes għal ħafna minn dan l-istaġun ta’ Milan li kien imħallat bejn ferħ u mrar.

Sadanittant Ibra, kif inhu magħruf, mhux mistenni jibqa’ mar-Rossoneri fl-istaġun li ġej.

Ekonomija

Sport