Friday, April 19, 2024

Ritorn għal Stephan El Shaarawy ma’ Milan?

Aqra wkoll

AC Milan jistgħu jġibu lura lill-winger xellugi Stephan El Shaarawy li bħalissa jinsab ma’ AS Roma. El Shaarawy għamel żmien jilgħab mar-Rossoneri bejn l-2011 u l-2015 u jidher li jista’ jirritorna magħhom bħala aġent ħieles. 

Il-plejer Italo-Eġizzjan jista’ jkun ta’ alternattiva għal Rafael Leao u fuq kollox sostitut ta’ Ante Rebic u Divock Origi li mistennija jitilqu minn Milan.

Minkejja kollox, El Sharaawy jidher kuntent fil-belt kapitali Taljana bir-rappreżentant tiegħu li mistenni jiltaqgħu mad-diriġenti Milanisti fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Sport