Tuesday, May 14, 2024

Galeo Du Portugal jirbaħ il-finali ad unur il-Qatar

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa saret it-tmien laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott spikkat l-aktar il-kompetizzjoni ad unur il-Qatar b’żewġ heats għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza ta’ mil bil-finali ssir fl-istess jum. Din intrebħet minn Galeo Du Portugal u Kirtsen Axisa. Barra dan, il-laqgħa nkludiet ukoll tliet semifinali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza ta’ 2140m.

Fl-ewwel heat Copper. Halina Jibay (Clint Vassallo) li kienet għal ħafna ħin quddiem, ċediet kollox f’nofs id-dritta finali meta nqabżet minn Galeo Du Portugal (Kirtsen Axisa) li faċilment ħa l-ewwel rebħa staġjonali. Friend (Nelson Azzopardi) u Heritier La Vitar (Noel Baldacchino) għamluha wkoll għall-finali. 

Ellipsis Am (George Attard) li kienet il-ħin kollu quddiem u qasmet il-linja finali l-ewwel waqt it-tieni heat Copper ġiet eventwalment skwalifikata. Ir-rebħa ngħatat lit-tieni pjazzata Farofera (Oliver Briffa) li akkwistat l-ewwel suċċess f’Malta minn Fine Delo (Noel Baldacchino),  Goldenboy Du Greny (Tony Demanuele) u Fox Trot Du Stade (Redent Magro). 

Meta ftit aktar minn sagħtejn wara saret il-finali, din kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa bejn ħames żwiemel fl-aħħar metri. Kien Galeo Du Portugal (Kirsten Axisa) li rnexxilu jtemm rebbieħ wara li aktar qabel kien rebaħ il-heat. Dan minn Goldenboy Du Greny (Tony Demanuele), Heritier La Vitar (Charles Camilleri) u Friend (Nelson Azzopardi).  

Fi tmiem il-finali, is-Sur Abdulla Nabeel AlSaadi AlYafei Charge d’Affaire fi ħdan l-Ambaxxata tal-Qatar f’Malta u l-Ministru tal-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima  ppremjaw lil Kirsten Axisa, is-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. 

L-avveniment kien issapportjat ukoll minn Equestri Malta li bħala awtorita` bdiet id-diskussjonijiet bilaterali bejn is-2 pajjizi f’dan ir-rigward u ghall-prezentazzjoni kien hemm ukoll is-CEO Max Zammit 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dandy De Betton (N. Baldacchino) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. What You Want (R. Gatt) 3. Facto Turgot (D. Casha) 4. Drop Viervil (A. Farrugia) 

II Tiġrija. Heat Qatar Sports Day. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.02.7” (1.14.8”) 2. Halina Jibay (C. Vassallo) 3. Friend (N. Azzopardi) 4. Heritier La Vitar (N. Baldacchino) 

III Tiġrija. Heat Qatar Sports Day. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Farofera (O. Briffa) Ħin 2.04.8” (1.16.1”) 2. Fine Delo (N. Baldacchino) 3. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele) 4. Fox Trot Du Stade (R. Magro)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Eliot Du Louvet (R. Magro) Ħin – 2.38.8” (1.14.2”) 2. Connecticut (C. Caruana) 3. Dear Matrix (P. Galea) 4. Bicetre (C. Calleja)

V Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Eden Petteviniere (N. Baldacchino) Ħin – 2.39” (1.14.3”) 2. Kasper Trot (R. Gatt) 3. Everest Dodville (C. Vassallo) 4. Darling Atout (J. Farrugia) 

VI Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Akela Play (C. Vassallo) Ħin – 2.37.6” (1.13.6”) 2. Derby d’Urzy (J. Gafa’) 3. Caid Sly (L. Ghigo) 4. Daldry De L’Ante (M. Debono) 

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Comand (R. Gatt) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Barrio Josselyn (A. Cassar) 3. Triomphe Ferm (J. C. Pace) 4. Onceforall Face (B. Ħili) 

VIII Tiġrija. Finali Qatar Sports Day. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.03.9” (1.15.6”) 2. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele) 3. Heritier La Vitar (C. Camilleri) 4. Friend (N. Azzopardi)

IX Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Caprice De Cosse (C. Vassallo) Ħin – 2.42.6” (1.16”) 2. El Gusto (Cherise Farrugia) 3. Bara Min (C. Gauci) 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 

Sport