Thursday, April 18, 2024

Wara li ħabbar li rtira … Gareth Bale diġá offrut irwol mat-team nazzjonali ta’ Wales

Aqra wkoll

Wara li ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu, Gareth Bale diġá ġie offrut irwol ġdid fil-football. 

L-eks attakkant ta’ Southampton, Tottenham Hotspur, Real Madrid u LAFC, nhar it-Tnejn li għadda ħabbar li se jieqaf mill-football fi stqarrija fuq il-media soċjali. 

Bale rebaħ 18-il unur maġġur fi 17-il sena, b’16 jaslu ma’ Real Madrid. Huwa mar fil-kapitali Spanjola fl-2013 għal £86 miljun … somma rekord dinji għal dak iż-żmien.

Dak li jista’ jiddefinixxi l-wirt ta’ Bale huma l-111-il dehra tiegħu u l-41 goal għat-team nazzjonali ta’ Wales.

Huwa għenhom jaslu sas-semi-finali tal-Euro 2016 u kellu rwol vitali fil-kwalifikazzjoni tagħhom għat-Tazza tad-Dinja 2022, l-ewwel fażi finali ta’ Wales mill-1958.

Il-manager ta’ Wales Robert Page diġà qed ifittex li jżomm lil Bale fi rwol mat-team nazzjonali. 

Huwa qal: “Kelli konversazzjoni ma’ Bale, u nixtieq li jkun involut f’xi kapaċità. Issa x’inhu dak ir-rwol, għadna ma nafux.

“Bħalissa żgur li għandu bżonn ftit ħin mal-familja tiegħu.  Fejn qabel kien jitħarreġ kuljum issa jrid jaġġusta l-ħajja tiegħu. Peró se nżommu involut fil-football. 

“Aħna se nagħmlu pjan għax għandu ħafna x’joffri. Anke l-preżenza tiegħu fid-dressing room, l-ambjent tal-lukanda hija xi ħaġa li nkun tassew ħerqan li nżommu involut, iżda nħalli f’idejn Gareth …  dak li jaqbel lilu u lill-familja tiegħu. Naħseb li huwa jkun ħerqan ukoll.”

Page mbagħad irrefera għar-rwol ta’ Thierry Henry bħala l-assistent manager tal-Belġju taħt Roberto Martinez bħala eżempju li wieħed għandu jsegwi.

Ekonomija

Sport