Friday, April 19, 2024

Gareth Southgate jġedded il-kuntratt mal-Ingilterra

Aqra wkoll

Il-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, iffirma kuntratt ġdid meta estendih sas-sena 2024, b’dak kurrenti kellu jintemmlu wara t-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla. Anke l-assistent tiegħu, Steve Holland, iffirma għal sentejn oħra.

Huwa premju għall-passi kbar li għamlu l-Ingilterra taħt Southgate, li aktar tard dan ix-xahar se jiċċelebra ħames snin fit-tmexxija tat-team nazzjonali.

F’dan iż-żmien Southgate mexxa lit-Three Lions għall-ewwel semi-finali tat-Tazza tad- Dinja mill-1990, spiċċaw it-tielet fin-Nations League u waslu sal-finali tal-Kampjonat Ewropew għall-ewwel darba.

Sport