Thursday, March 28, 2024

Illum tirritorna l-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Meta llum u għada tintlagħab il-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue mistennija jikkwalifi­kaw aktar timijiet biex jingħaqdu ma’ Liverpool, Ajax,  Bayern Munich u Juventus, mal-Aħħar 16 … l-uniċi erba’ timijiet li reb­ħu l-logħbiet kollha.

Grupp A

Manchester City jilqgħu lil Paris St-Germain bir-rebbieħ jikkwalifka. Rebħa għas-City tkun tfisser li l- Pariġini jkunu jridu jistennew l-aħħar partita kontra Club Brugge li mistennija jegħlbu lil Leipzig.

Riżultat ta’ draw jara lill-Ingliżi jikkwalifikaw.

Grupp B

Filwaqt li l-partita bejn Liverpool u Porto hija formalitá għar-Reds, it-taq­tiegħa se tkun bejn il-Portugiżi u Atletico Madrid li jospitaw lil Milan iżda jiltaqgħu fl-aħħar partita. 

Grupp C

Filwaqt li Ajax imorru għand Besiktas, li hija partita mingħajr skop, Sporting jilqgħu lil Borussia Dortmund li għandhom sitt punti kull wieħed fejn kollox għadu miftuħ beraħ.

Draw jikkuntenta lil Borussia fejn fl-aħħar logħba jospitaw lil Besiktas.

Grupp D

Kollox għadu miftuħ beraħ fejn il-kwalifikazzjoni hija bejn it-tliet timijiet ta’ Inter, li jilqgħu lil Shakhtar Donetsk, u bejn Sheriff Tiraspol u Real Madrid li se jilagħbu kontra xulxin. Fl-aħħar partita il-Madrileni jospitaw lin-Nerazzurri.

Grupp E

B’Bayern Munich diġá kwalifikati li jmorru ji­lagħ­bu l-Ukrajna kontra Di­namo Kiev, rebħa tkun biżżejjed għal Barcelona li jilqgħu lil Benfica. Iżda reb­ħa għal dawn tal-aħħar tħalli t-tieni post miftuħ.

Il-Katalani se jkunu mmexxija mill-coach il-ġdid Xavi Hernandez li dde­butta nhar is-Sibt li għadda b’rebħa ta’ 1-0 fuq Espanyol fil-kampjonat domestiku. 

Grupp F

Dan il-grupp huwa mif­tuħ beraħ u jidher li se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata.

Villarreal jilqgħu lil Man­chester United li pro­prju fi tmiem il-ġimgħa keċ­ċew lill-manager, Ole Gunnar Solskjaer, biex it-team se jkun fdat lill-assistent tiegħu, Michael Carrick.

Min-naħa l-oħra, Atalanta jmorru għand Young Boys li xejn għajr minn reb­ħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom.

Grupp G

Anke dan il-grupp huwa miftuħ għall-aħħar fejn illum jiltaqgħu l-ewwel żewġ timijiet fejn rebħa għal Salzburg kontra Lille tkun tfisser il-kwalifikazzjoni.

Grupp H

L-aqwa partita hija dik bejn Chelsea u Juventus fejn dawn tal-aħħar diġá qatgħu l-passaġġ għal mal-Aħħar 16 u għaldaqstant mistennija xi tibdil fil-formazzjoni.

Riżultat ta’ draw jkun biżżejjed għal Chelsea hekk kif għandhom vantaġġ ta’ sitt punti fuq Zenit St Petersburg.

Ekonomija

Sport