“Ġbart il-firem tal-plejers kollha tat-tim

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Nazzjonali…nittama li titkompla”

….l-idea tal-Matflo bdiet minn BBQ

     – Jimmy Briffa li ħareġ bl-idea

Jimmy Briffa fil-kummenti lil Talk News jgħidilna dwar kif bdiet l-idea li titwaqqaf il-Matflo. Hu jgħidli li “l-idea bdiet waqt li jien kont nistieden ħames plejers li kienu  Joe Cini, Edward Darmanin, A Camilleri, Louis Arpa u Joe Serge. Kont nistedinhom darbtejn fis-sena għax kienu parti mill-karriera tiegħi. Waqt li konna fil-bbq bdejt inħares lejn Joe Cini u għedt dan qed jikber. Moħħi beda jaħseb kieku xi darba nagħmlu attività u jiġu supporters, jiġbdu ritratti, jiffirmaw u fl-istess ħin jinġabru fondi għal xi għaqda. Għamilna attività u kif kienu miġburin  hemm bdejt noħloq ktieb bil-firem u ritratti ta’ l-istess plejers. Għamiltu imma kien hemm ħafna plejers neqsin. Għamilt sentejn  sħaħ biex inġib kuntatt mal-plejers. Ma kinitx faċli. Irnexxieli niġbor xi 250 firma ta’ plejers li kienu fit-tim nazzjonali. Għamilna ċerimonja u ftehmna mal-Caritas. Ingħatajna €5,000. Il-ktieb fil-firem issa qiegħed esebit fil-mużew tal-MFA.  J’alla jitkompla. Hemm tmien  plejers li kienu ffirmaw li llum ħallewna.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport