SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…….16
SIRENS BUILD FITNESS……….7
(2-3, 4-1, 5-1, 5-2)
San Ġiljan kisbu post fil-finali tan-Knock-Out għal 11-il darba mill-aħħar 12-il edizzjoni meta ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor kbir ta’ 16-7.
Rimarkabbli huwa l-fatt li għall-Ġiljaniżi rritornaw fl-azzjoni l-erba’ players ewlenin Jake Tanti, Jake Bonavia, Ben Plumpton u Jeremy Abela wara li servew xahar sospensjoni.
Fil-finali, San Ġiljan se jkunu qed jaffrontaw lil Neptunes.
Sirens ħasdu lil San Ġiljan meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, iżda mit-tieni sessjoni ‘il quddiem San Ġiljan wettqu reazzjoni impekkabli u ħadu l-kmand assolut tal-logħba fejn trijonfaw fit-tliet sessjonijiet sussegwenti bl-iskors rispettivi ta’ 4-1, 5-1 u 5-2.
Għal San Ġilajn l-aqwa skorers kienu l-Kroat Jerko Marinic-Kragic u Nikolai Zammit li rreġistraw poker persoanli, filwaqt li għal Sirens spikka s-solitu player Ungeriż Daniel Angyal li skorja xejn inqas minn ħames goals, biż-żewġ goals l-oħra għalihom jaslu minn Matthew Mifsud u Matthew Sciberras.
San Ġiljan: J. Tanti, J. Muscat (2), J. Marinic-Kragic (4), N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit (2), J. Bonavia, B. Plumpton (1), J. Abela (1), N. Zammit (4), D. Zammit, A. Fenech, A. Muscat, L. Dimech (1), D. Bugeja (1)
Sirens: N. Grixti, D. Angyal (5), D. Abela, G. Pace, J. Zerafa Gregory, K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo, P. Serracino, M. Sciberras (1), Z. Mizzi, G. Farrugia, A. Theuma, M. Mifsud (1), A. Dimech
Referees: Ronnie Spiteri, Andrej Franulovic





