Ħdimna biex il-Matflo tgħin 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

għaqdiet filantropiċi

       –   Anatole Baldacchino 

Anatole Baldacchino, meta tkellem ma’ Talk News dwar it-twaqqif ta’ Matflo,  jgħidilna li “sa minn meta kont żgħir dejjem kont attiv fl-isport. Tal-familja kienu  jinkoraġġuni ħafna. Fil-passat ħarġu plejers kbar. Aħna tlajna f’dik l-era tal-Bużu u  kien hemm plejers oħra bħal Mundu. Kont nilgħab mal-minors tal-Marsa fi żmien il-Mundu. L-isports itik ċertu saħħa mentali.  Itik il-formazzjoni tal-karattru.”

Jitkellem miegħu fuq it-twaqqif tal-Matflo u jiddikjara li “ma’  Tony DeBono ħdimna fuq l-aspett ta’ filantropija, jiġifieri kif nistgħu ngħidnu lil ċertu għaqdiet. Bil-Matflo ħloqna pjattaforma bejn l-isport u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilita. L-istilel tal-passat  jistgħu jkunu ‘role models’ għal nies differenti fis-settur tad-diżabilità u għaqdiet oħra.

Għandha tagħti spinta ‘lquddiem lis-soċjetà Maltija biex tkompli tevalwa l-sport u inkluzjoni.”

Ikompli jgħid li “jien l-isport fil-passat kien parti minn ħajti. Niftakar żminijiet  fejn kienet tispikka id-dedikazzjoni. Konna nħallsu biex inmorru nilgħabu.  Kien hemm min kien iddedikat. Illum inbidel kollox. Li jkun hemm finanzi u investimenti huma importanti. Imma ma tridx tuża l-flus bħala xi ħaġa riġida li tiġi fuq il-mottivi prinċipali tal-isport”, itemm jgħidilna Baldacchino.  

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport