…iżomm ir-rapporti kollha dwar il-logħbiet tat-tim nazzjonali
– Brian Debono
Jitkellem ma’ Talk News, Brian Debono, kollezzjonist tar-rapporti li jkunu dehru fuq il-ġurnali tat-tim nazzjonali u tat-timijiet Maltin li jkunu ħadu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Brian Debono isemmili kif hu kollezzjonist tar-rapporti u ritratti li jkunu dehru f’ġurnali f’Malta u barra dwar il-logħbiet tat-tim nazzjonali Maltin u anki tat-timijiet Maltin li jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej. Imma kif ġietu l-idea li jiġbor ir-rapporti tal-gazzetti?
“Kelli hija kien Alfred Debono. Magħruf fil-logħba tal-futbol. Jien kont fanatiku fuq il-ballun. Kont qbadt din il-prattika li niġbor ir-rapporti. Il-fatt li hija kien jilgħab kienet tgħin. L-aqwa loghba li qatt rajt kien fl-1966, f’Goddison Park. Kienu lagħbu l-Ungerija u l-Brażil. Kienu rebħu l-Ungerija 3 – 1. Il-ġurnalist tad-Daily Mirror kien qal li l-biljett tal-logħba kien se jżommu għax dik il-logħba kienet se tibqa’ tissemma”.
Brian jirrakkontalna li għandu għadd ta’ firem ta’ plejers fl-albums li hu jżomm, bl-aktar waħda għal qalbu hi dik tal-plejer Ingliż Bobby Moore. Bis-saħħa ta’ hija għandi l-firma ukoll tal-goalkeeper leġġendarju Russu Lev Yashin. Għand l-firma ta’ Beckenbauer u oħrajn.”

