Saturday, December 28, 2024

“Ġejna minn kura kontra l-kanċer u ma nafux aħniex kwarantina jew le sal-lum”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Familja partikolari qed ikollha titla’ darba kull erba’ ġimgħat il-Ġermanja biex il-missier jieħu kura kontra l-kanċer. Idumu tlett ijiem u jerġgħu jirritornaw lura lejn Malta. Din hi familja li qed tħallas kollox minn butha għal din il-kura. Ġara li meta rritornaw mill-Ġermanja ftit jiem ilu, sabu ma wiċċhom intopp ġdid ma’ dak li diġa għandhom. Huma ġew ordnati jagħmlu kwarantina.

“Ma nistgħux nifhmu għaliex tefgħuna kwarantina. Imlejna l-formoli kollha meħtieġa kellna l-PCR test li juri li konna ħielsa mill-Covid-19.  Għandna ukoll ċertikat tal-konsulent Malti li jispjega li żewġi ma jistax jitlaqqam għalissa. Jien imlaqqma”, qalet lil dan is-sit il-mara ta’ dan ir-raġel.

Tenniet li “l-fatt li poġġewna kwarantina qed toħloqilna problema kbar. Jien bl-ispejjeż li qed inħallsu ma niflaħx ma nmurx għax-xogħol. Kienet sorpiża kbira għalina li qalulna nagħmlu l-kwarantina għax fl-ajruport qalulna li ma kellniex bżonn kwarantina. L-awtoritajiet, jidher li lanqas qed jaqblu bejniethom u jieħdu deċiżjoni dwarna, Xbajt nikkuntattja u nċempel u ma nasal imkien.”

Saħqet li “dak li nixtieq jien hu li din is-sitwazzjoni titranġa u ma nerġħux ngħaddu mill-istess sitwazzjoni f’Settembru meta nerġgħu nitilgħu l-Ġermanja. Nixtieq li jtuni risposta jekk aħniex kwarantina jew le”.

Qaltilna li “meta imlejna l-formola mill-Ġermanja biex nidħlu Malta, magħrufa bħala passenger locator form, ġejna infurmati li l-kwarantina trid issir f’lukanda bil-€100 kuljum. Nistaqsi għaliex ċittadin Malti m’għandux joqgħod ġo daru kwarantina. Trid imbagħad titlob permess ieħor biex. toqgħod ġo darek. Il-problema hi li r-risposta ma tkunx mill-ewwel u aħna żmien ma kienx hemm għax iż-żjara tagħna tkun qasira. Din ħolqotilna ansjetà żejda”.

Ekonomija

Sport