Wednesday, April 24, 2024

Ġenerazzjoni ta’ tfal mingħajr ġenitur

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn – CARMEN CACHIA

Il-ġurnata tal-11 ta’ Settembru se tibqa’ għal dejjem imfakkra bħala l-jum li fih inbidlet l-Istorja kontemporanja dinjija u llum huwa l-20 anniversarju minn mindu seħħu l-attakki terroristiċi fuq l-Amerika. Kważi 3,000 persuna tilfu ħajjithom f’dawn l-attakki, inklużi d-19-il terrorist li ħatfu erba’ ajruplani kummerċjali biex jużawhom bħala missili fuq binja importanti fl-Istati Uniti. Ċittadini minn 78 pajjiż, li ħafna minnhom kellhom it-tfal, mietu fi New York, Washington, D.C u Pennsylvania.

Konsegwenza ta’ dan, 20 sena wara għandna ġenerazzjoni ta’ ġuvintur u tfajliet li kibru mingħajr ġenitur. Pajjiżna wkoll intmiss minn din it-traġedja wara li sofra telfa ta’ dixxendent Malti – Brian Joseph Cachia u Steven Genovese. Fl-età ta’ 26 sena biss, Cachia kien wieħed mill-vittmi fit-Twin Towers li saru ħuġġieġa u ġġarfu kompletament wara li ajruplan mimli fjuwil daħal u sploda fil-bini fejn kien xogħol. Nannuh, Joseph, kien emigra lejn l-Istat i Uniti waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-jum tal-attakk Cachia ntalab jidħol aktar kmieni x-xogħol minħabba li kien hemm xi ħsarat fis-sistema tal-kompjuters. L-uffiċċju tiegħu kien fil-103 sular tat-torri tat-Tramuntana u kien fil-post meta l-ajruplan tal-linja tal-ajru Amerikan iġġarraf
f’uffiċini mimlija ħaddiema.

Dan iż-żgħażagħ kien ilu biss xahar jaħdem mal-kumpanija u huwa rrapportat li ġimgħa qabel miet, kien talab lill-għarusa tiegħu biex tiżżewġu. F’dan iljum ikrah inħasdet il-ħajja ta’ 2,977 persuni inklużi 400 membri tat-tifi tan-nar u uffiċjali tal-forzi tal-ordni, mentri 6,000 persuna u impjegati tas-servizz pubbliku sofrew ġrieħi serji.

Biden bi pressjoni mill-qraba tal-vittmi

Il-President Amerikan Joe Biden il-ġimgħa l-oħra ħabbar li se jirrilaxxa dokumenti sigrieti għall-pubbliku relatati mal-attakki tal-11 ta’ Settembru, 2001. Huwa għamel dan wara pressjoni mill-qraba tal-vittmi ta’ dan l-attakk terroristiku fejn qalulu li jekk ma joħroġx informazzjoni relatata mal possibbiltà li l-Sawdi Għarabja kienet involuta fl-attakki, ma kellux għalfejn
jagħmel il-kommemorazzjoni tal-20 sena anniversarju tal-lum. Biden ta
widen lill-familji li ilhom 20 sena mingħajr ġustizzja fejn f’rapport mill-ABC News jingħad li barra l-ħafna mistoqsijiet li għad hemm dwar dawn
l-attakki, hemm ukoll ħafna rabja u suspetti dwar min kien involut u x’verament ġara.

“Għaddew 20 sena u għad m’hemmx ġustizzja”. Hekk qegħdin jisħqu qraba u ħbieb tal-vittmi li intortament tilfu għeżież tagħhom f’dak li huwa kkonsidrat bħala l-agħar attakk li qatt sofriet l-Amerika fl-Istorja tagħha. Uħud mill-aktar milquta minn din it-telfa ta’ ħajja huma proprju l-ulied tal-mejta li ħafna minnhom li fi żmien it-traġedja kienu għadhom daqsxejn ta’ tfal żgħar tant li bil-kemm jiftakru lil dik l-għażiża omm jew missier li tilfu.

Sport