Saturday, May 4, 2024

Dani Olmo jinjora kull spekulazzjoni dwar ritorn potenzjali ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Dani Olmo insista li qed jinjora l-ispekulazzjoni dwar ritorn potenzjali ma’ Barcelona, bl-attakkant jisnab iffukat għal kollox fuq l-istaġun ma’ RB Leipzig.

L-internazzjonali Spanjol lagħab ma’ Barcelona bejn l-2007 u l-2014 qabel ma ngħaqad ma’ Dinamo Zagreb, fejn għamel 124 dehriet qabel ma ngħaqad ma’ Leipzig.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena skorja 12-il goal u rreġistra 13-il assist f’61 ħarġa għall-club attwali tiegħu, u Barcelona jingħad li huma ħerqana li jerġgħu jiffirmawh jew f’Jannar jew fl-aħħar tal-istaġun.

Olmo, madankollu, qal li jinsab kuntent ma’ Leipzig u bħalissa mhux qed jaħseb dwar ritorn fil-Camp Nou.

“Barcelona? Għalissa jien iffokat fuq l-istaġun ma’ Leipzig, fejn ninsab kuntent. Lanqas ma kien hemm żmien biex anke naħseb dwar trasferiment, kollox kien qed jiġri malajr ħafna”, qal Olmo.

Olmo, li għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu fil-Ġermanja, skorja tliet darbiet f’16-il apparenza għal Spanja minn meta ddebutta fl-2019.

Sport