Monday, May 13, 2024

Gennaro Gattuso jibda b’telfa

Aqra wkoll

Il-kowċ Taljan Gennaro Gattuso ma tantx beda l-avventura tiegħu ma’ Olympique Marseille bl-aqwa mod hekk kif Monaco rebħulhom 3-2 f’logħba li kien fiha minn kollox.

Marseille kienu minn fuq għal darba darbtejn iżda t-tim mill-Prinċipat kienu tajbin sabiex jirkupraw ir-riżultat u eventwalment jieħdu t-tliet punti finali.

Wara l-konfront, Gattuso qal li hemm ħafna aktar xogħol xi jsir u sostna li stenna aktar attenzjoni mill-plejers tiegħu li m’għarfux iżommu l-vantaġġ.

Marsielle għad għandhom biss disa’ punti fil-klassifika.

Sport