Friday, July 26, 2024

Arsenal interessati f’Pedro Neto

Aqra wkoll

Arsenal għadhom interessati fl-akkwist tal-winger ta’ Wolves Pedro Neto. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u l-kowċ Mikel Arteta jammira ħafna l-potenzjal ta’ dan il-plejer tant li ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għalih.

Neto qed ikun regolari ma’ Wolves u dan kollu deher anke fi tmiem il-ġimgħa meta xpruna lit-tim għar-rebħa ta’ 2-1 kontra ċ-champions Manchester City.

Neto għandu kuntratt sas-sena 2027.

Ekonomija

Sport