Saturday, October 26, 2024

German Masters: Magħrufa s-semi-finalisti

Aqra wkoll

Fit-tieni ġurnata tal-German Masters li qed isir fit-Tempodrom ta’ Berlin, Judd Trump, Zhao Xintong, Kyren Wilson u Ricky Walden, għaddew għall-kwarti-finali.

Trump, li fl-ewwel round ingħata walk-over minn Gao Yang, għamel breaks ta’ 130, 70, 55 u 50 fi triqtu lejn ir-rebħa b’whitewash, 5-0, kontra Zhao Yuelong, u issa fl-aħħar tmienja jilgħab kontra r-rebbieħ tal-UK Championship, Zhao Xintong, li għeleb lil Tom Ford, 5-1.

Zhao għamel breaks ta’ 94, 80 u 52 b’Ford century ta’ 102 fl-uniku frame li rebaħ.

Iżda Kyren Wilson kellu jmur sal-aħħar meta għeleb lil Craig Steadman 5-4 f’logħba li fiha għamel breaks ta’ 91 u 88.

Fil-logħba l-oħra mit-tieni round Ricky Walden elimina lil Luca Brecel, 5-4, b’dan jagħmel breaks ta’ 54 u 55 u Walden tlieta ta’ 61, 68 u 105 bl-aħħar wieħed jissiġilla r-reb­ħa.

L-EWWEL ROUND

Iċ-champion tad-dinja, Mark Selby, għadda mal-Aħħar 16 b’rebħa 5-0 fuq Barry Pinches, iżda wara ammetta li kienet deċiżjoni diffiċli li jibqa’ jilgħab fost diffikultajiet ta’ saħħa mentali ‘l bogħod mill-mejda tas-snooker.

In-numru wieħed fid-dinja ma kienx inkwetat waqt rebħa ta’ rutina. Huwa kkompona breaks ta’ 50, 61, 75 u 77 fi triqtu għar-rebħa. Sussegwentement, issa Selby se jiffaċċja lil Yan Bingtao, li min-naħa tiegħu għeleb lil David Gilbert 5-3.

Fil-konferenza stampa tiegħu ta’ wara l-logħba Selby tkellem b’mod miftuħ ħafna dwar id-deliberazzjonijiet li kellu qabel ma daħal fix-Shoot Out riċenti u għamel il-vjaġġ lejn Berlin.

Mark Allen ibbukkja post fl-Aħħar 16-il b’rebħa komprensiva ta’ 5-1 kontra ċ-Ċiniż Lyu Haotian.

Allen bħalissa jinsab f’pożizzjoni b’saħ­ħit­ha fis-Serje Ewropea ta’ dan l-istaġun, li se tara lill-player li jinsab fil-quċċata fil-lista finanzjarja matul it-tmien tournaments jiġbor bonus imħaxxen ta’ £150,000.

Il-player minn Antrim jinsab fit-tielet post hekk kif huma l-affarijiet wara li kiseb it-titlu tan-Northern Ireland Open f’pajjiżu. Wara din il-ġimgħa fadal tliet tournaments oħra li huma l-European Masters, il-Welsh Open u l-Gibraltar Open.

Il-Pistol ipproduċa żewġ century breaks ta’ 107 u 106 fi triqtu lejn ir-rebħa, u issa se jiltaqa’ kontra l-ħabib tiegħu Shaun Murphy.

Murphy għadda f’konfront tal-qtugħ ta’ nifs kontra Kurt Maflin bil-logħba tkun it-tieni waħda li s’issa marret sal-aħħar, 5-4.

Il-Magician għamel breaks ta’ 74 u 124 biex jistabbilixxi vantaġġ ta’ 4-2. Madankollu, Maflin ipprovda reżistenza severa bi break fin ta’ 122 biex għamilhom 4-3.

Imbagħad in-Norveġiż rebaħ it-tmien frame li seta’ mar kull naħa, li fih iż-żewġ players fallew ċansijiet ċari, biex ġie sfurzat il-frame deċiżiv. Kien Murphy li ta d-daqqa mortali, meta kompla għaddej bi break rebbieħ ta’ 67.

Ryan Day avvanza b’rebħa 5-2 fuq Noppon Saengkham, fejn għamel breaks ta’ 85, 57, 56, 56 u Noppon tlieta ta’ 55, 101 u 58, filwaqt li Sam Craigie għeleb lil Ken Doherty 5-3 fejn inkluda żewġ centuries ta’ 108 u 136.

Yan Bingtao rebaħ lil David Gilbert 5-3 b’erba’ breaks, 62 u 56 fit-tieni frame, u 77 u 93 kontra wieħed ta’ 66 minn Gilbert, biċ-Ċiniż l-ieħor, Fan Zhengyi jegħleb lil Liam Highfield 5-2 fejn għamlu century kull wieħed, 134 minn Fan u 104 minn Highfield.

TTD 2022: IL-BRAŻIL

MIŻMUMA MILL-EKWADOR

Meta bħalissa hemm waqfa internazzjo­nali qed ikompli l-logħob mill-preliminari tat-Tazza tad-Dinja fl-Amerika t’Isfel, l-Asja u fl-Amerika ta’ Fuq.

Il-leaders tal-CONMEBOL, il-Brażil, li diġá kkwalifikaw, ġew miżmuma draw 1-1 mill-Ekwador meta din għalihom hija t-tielet darba li temmew f’paritá.

Kien Casemiro (6) li fetaħ l-iskor għall-Brażil f’logħba li kull team kellu player imkeċċi kmieni, Jose Carabali (15) b’karta ħamra diretta għall-Ekwador u Emerson (20) b’żewġ karti sofor. Il-goal tad-draw tal-Ekwador wasal minn Felix Torres (75).

L-Arġentina, li jinsabu t-tieni fil-grupp, għelbu liċ-Ċilí 2-1 barra minn darhom bit- tliet goals jaslu fl-ewwel taqsima. Kien Angel Di Maria (9) li fetaħ l-iskor għall-Arġentini, iżda Ben Brereton Diaz (20) kiseb id-draw waqt li Lisandro Martinez (34) ta r-rebħa lil Bluceleste.

Fil-logħba l-oħra l-Urugwaj rebħu 1-0 barra minn darhom kontra l-Paragwaj b’goal minn Luis Suarez (50). It-telliefa kellhom lil Gustavo Gomez (90) jiġi mkeċċi.

Il-klassifika issa hija: Brażil 36; Arġentina 32; Ekwador 24; Urugwaj 19; Kolumbja, Peru 17; Ċilí 16; Bolivja 15; Paragwaj 13; Venezwela 7.

Sport