Sunday, December 22, 2024

Għada jibda r-Randan… Inti se ssum?

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ras ir-Randan jagħti bidu għal mixja ta’ erbgħin jum li jwassal għall-akbar festa tal-Knisja, l-Għid il-Kbir. Żmien li matulu bosta Maltin u Għawdxin jżommu mat-tradizzjoni u jagħmlu xi tip ta’ sagrifiċċju f’dawn il-jiem, l-aktar fl-Erbgħa tal-Irmied, f’Jum id-Duluri u fil-Ġimgħa l-Kbira.

Minn sena għal l-oħra, il-Knisja tfakkar lill-individwi li fil-ġranet imsemmija wieħed għandu d-dmir li jsum. Il-Knisja tfakkar wkoll li minħabba mard u kundizzjonijiet, hemm wħud li ma jistgħux josservaw din l-obbilga.

‘Il fuq minn dan kollu, min-naħa tiegħu l-Papa Franġisku ta stedina lill-Kattoliċi sabiex ma jibżgħux jaffrontaw problemi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Hu qal; “Ir‑Randan hu orjentat lejn l‑Għid. Iħejjina biex ngħixu b’fidi, tama u mħabba l‑passjoni u s‑salib, biex naslu għall‑qawmien.”

Ekonomija

Sport