Wednesday, April 24, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol f’taraġ ta’ komun fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena minn Ħaż-Żabbar sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-9.00 am waqa’ f’taraġ ta’ komun fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ fi Triq ta’ Masrija fejn il-pulizija marru minnu fih fuq il-post fejn mill-ewwel irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fit-taraġ ta’ komun ta’ blokka ta’ appartamenti.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Bl-inċident kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D. li ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Sport