Sunday, December 22, 2024

Għada se jiġi sospiż is-servizz tal-fast ferry bejn il-gżejjer

Aqra wkoll

Iż-żewġ kumpaniji li joperaw is-servizz tal-fast ferry bejn il-gżejjer Maltin, ħabbru li għada s-servizz se jkun qiegħed jiġi sospiż minħabba l-maltemp qawwi.

Kif tħabbar fil-jiem li għaddew, ir-riħ se jkun qiegħed jonfoħ b’qawwa ta’ Forza 7 li jilħqu buffuri ta’ Forza 8 mill-Punent. Dan jagħmel imposibbli li dan is-servizz jingħata f’dan it-temp.

Aktar minn hekk qiegħed jiġi mħabbar li wara l-11 ta’ filgħodu hemm 70% possibilità ta’ xita.

S’issa dan is-servizz biss ġie affettwat, però matul il-ġurnata ta’ għada jista’ jkun li jiġi affettwat ukoll is-servizz tal-Gozo Channel.

Ekonomija

Sport