Friday, April 26, 2024

Stennija għad-diskors tal-Prim Ministru llejla

Aqra wkoll

Madwar siegħa oħra se tkun qiegħda titlaqqa’ t-tieni sezzjoni tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista bit-tema “Fiduċja f’Pajjiżna”. Għal għeluq tal-konferneza hemm stennija għad-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.

F’dan id-diskors il-Prim Ministru mistenni li jfakkar il-kisbiet kbar ta’ dan il-Gvern u anke jgħid fejn irid jieħu lill-Partit Laburista għaż-żmien li ġej.

Il-Prim Ministru dalgħodu beda l-ġurnata b’aħbar ferm pożittiva għal pajjiżna hekk kif ħareġ it-tbassir tal-aġenzija għar-rating Moody’s. Fi tweet il-Prim Ministru Abela nnota l-bidla fit-tbassir ta’ Moody’s għar-rating ta’ Malta u qal li dan juri li d-diversifikazzjoni f’pajjiżna se twassal għal aktar tkabbir fl-ekonomija, minkejja l-isfidi li qed taffaċċja d-dinja kollha.

Huwa tenna li l-finanzi pubbliċi se jitjiebu anki jekk il-Gvern qed jiddedika għajnuna sostanzjali biex jissapporta l-familji u n-negozji.

Intant, matul il-ġurnata tal-lum kienet qed issir il-votazzjoni biex jiġi elett Eżekuttiv ġdid tal-Partit Laburista.

Wieħed se jkun jista’ jsegwi d-diskors tal-Prim Ministru Abela permezz tal-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista.

Sport