Sunday, May 5, 2024

“Aħna magħkom it-triq kollha”

Il-PM Ingliż f’laqgħa mal-President Ukren

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak fl-aħħar sigħat għamel żjara fil-kapitali Ukren fejn iltaqa’ mal-President Volodymyr Zelensky. Fl-ewwel kliem tiegħu lill-President Ukren, Sunak qal li “aħna magħkom it-triq kollha” u wegħdu li se jagħti b’madwar £50m f’armi.

Sunak qal li jinsab kuntent immens li fl-ewwel ġranet tiegħu bħala Prim Ministru tal-Ingilterra maru jiltaqa’ mal-mexxej Ukren. Permezz ta’ din iż-żjara l-Prim Ministru Sunak ried juri li se jkompli miexi fuq il-passi tal-Prim Ministri ta’ qablu.

Intant, il-Gvern Russu minkejja li qal li kien qiegħed jirtira xi truppi minn żoni okkupati, żied ferm l-attakki mill-ajru tant li l-kapitali Kiev kienet qed tiġi attakkata b’mod kontinwu.

Sport