Fil-kummenti tagħha ma’ dan is-sit, Miriam Dalli qalet: “Ta’ sodisfazzjon li reġa’ rebaħ il-Partit Laburista f’din l-elezzjoni. Ħdimna matul dawn is-snin u jfisser li rridu nkomplu naħdmu. Ir-riżultat jirrifletti l-opinjoni tan-nies inġenerali. Huwa indikazzjoni ta’ kemm irridu naħdmu fil-ħames snin li ġejjin. Dan il-pajjiż żgħir irridu nħarsu lejh bħala Maltin u Għawdxin aktar milli bħala Laburisti u Nazzjonalisti.”
Żiedet tgħid: “Għadda ż-żmien li nibqgħu ndaħħlu dik iċ-ċerta mibegħda u rridu nirrealizzaw aktar minn qatt qabel kemm aħna art żgħira mingħajr riżorsi kbar u allura kemm jaqblilna li niġbdu ħabel wieħed bħala poplu.”