Sunday, December 22, 2024

Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Wara s-Sur fil-Belt Victoria

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, żar ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni li qed isir fuq it-Triq ta’ Wara s-Sur, il-Belt Victoria, b’valur ta’ €1.5 miljun.

F’din it-triq qed jiġu installati servizzi ġodda li jinkludu fost l-oħrajn mains ġodda tal-ilma fuq kull naħa tat-triq, sistema ġdida tad-drenaġġ, katusi tan-new water li jwasslu l-ilma tat-tisqija lill-bdiewa, katusi tal-ġbir tal-ilma tax-xita u dawk tat-telekomunikazzjoni. Qed isiru wkoll bankini ġodda, jissaħħu l-ħitan tas-sejjieħ u finalment se tkun qed tingħata t-tarmak mill-ġdid.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li x-xogħol fuq it-Triq ta’ Wara s-Sur għaddej b’mod tajjeb fejn fil-parti residenzjali, jiġifieri fl-ewwel parti, ix-xogħol tas-servizzi taħt it-triq huma kompluti.

“Hawnhekk għaddejna żewġ mains ġodda tal-ilma fuq kull naħa tat-triq, main tad-drenaġġ, connections ġodda għar-residenzi kollha u storm water culvert li se jkun qed jisponta lejn it-triq ta’ Marsalforn sabiex hekk kif tibda t-triq ta’ Marsalforn inkunu nistgħu nikkumnikaw dan l-istorm water culvert mal-istess triq. Hekk kif issa qed noqorbu għal żmien il-Karnival parti minn din it-triq se tingħata t-tarmak u tinfetaħ għall-pubbliku mbagħad inkomplu għaddejjin fuq il-parti li jmiss tal-istess Triq ta’ Wara s-Sur,” spjega l-Ministru Camilleri.

Huwa qal li f’din il-parti se tinħoloq junction ġdida sabiex jinqata’ darba għal dejjem il-bottleneck fir-Rabat. Kompla li din il-junction se tkun waħda mill-junctions u toroq alternattivi ġodda li se jsiru fir-Rabat, jiġifieri wara din it-triq se jsir ix-xogħol ta’ Triq George Pisani, triq ġdida li wkoll se toffri triq alternattiva għal dawk li sejrin Marsalforn.

“L-għan ta’ dan il-proġett huwa sabiex jinqata’ kemm jista’ jkun it-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat,” temm għid il-Ministru Clint Camilleri.

Ekonomija

Sport