Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Għaddej ix-xogħol fuq it-tieni fażi tal-programm AI4ALL

Għaddej ix-xogħol fuq it-tieni fażi tal-programm AI4ALL

0
4

Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq it-tieni fażi tal-programm AI4ALL li matulha se jkunu offruti korsijiet li jiffokaw fuq kif wieħed jista’ juża l-Intelliġenza Artifiċjali f’sitwazzjonijiet partikolari, bħall-IA għal-impjegati tas-settur pubbliku, u kif tista’ tintuża l-IA minn persuni li qed iffitxu xogħol. 

Din il-fażi, apparti li qed tinkludi l-iżvilluppar tal-kontenut, se tinkludi ukoll l-akkreditazzjoni ta’ dawn il-korsijiet addizzjonali. B’hekk dawk l-individwidi li jkomplu b’suċċess dawn l-‘pathways’ addizzjonali se jkunu jistgħu jirċievi ċertifikat li jikkonferma il-livell edukattiv miksub.

Iddikjara dan il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Laburista Romilda Zarb. 

Il-Ministru Schembri qal li kif imħabbar fid-diskors tal-Budget 2026, il-Gvern alloka €100 miljun għad-diġitalizzazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-Intelliġenza Artifiċjali.

Huwa tenna l-programm l-AI4ALL huwa intenzjonat li joffri programm edukativ li jibda billi jesponi lill-individwi Maltin minn età ta’ 14-il sena u akbar, għall-prinċipji bażiċi u fundamentali tal-użu tal-IA. Spjega kif grazzi għall-ewwel fażi, kull min hu eliġibbli biex jipparteċipa f’dan il-programm edukattiv jista’ jilħaq livell ta’ tagħlim li jippermettilu juża l-IA b’mod sigur.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here