Home Sport Waterpolo: Neptunes jiksbu rebħa stretta kontra San Ġiljan f’logħba ta’ protesta mill-Ġiljaniżi

Waterpolo: Neptunes jiksbu rebħa stretta kontra San Ġiljan f’logħba ta’ protesta mill-Ġiljaniżi

0
Waterpolo: Neptunes jiksbu rebħa stretta kontra San Ġiljan f’logħba ta’ protesta mill-Ġiljaniżi
Ritratt: Mark Mangion

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN….. 13

NEPTUNES BEST GYMS………. 14

(4-3, 2-4, 3-6, 4-1)

Kien xenarju kompletament differenti għal dkak li mdorrijin naraw f’konfronti diretti bejn ir-rivali eterni Neptunes u San Ġiljan. Dan hekk kif wara dak li seħħ fost il-ġimgħa fil-konfront bejn San Ġiljan u Sliema iżda huwa mifhum li anke oltre minn hekk, l-istands ta’ San Gilajn kienu vojta bi protesta, filwaqt li waqt il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ qabel il-partita, il-plejers ta’ San Ġiljan taw daharhom lejn l-istanss, f’sinjal ieħor ta’ protesta.

Minbarra l-erba’ plejers sospiżi għal xahar jiġifieri Jake Tanti, Jake Bonavia, Ben Plumpton u Jeremy Abela, żdied il-captain Matthew Zammit li kien nieqes, biex b’hekk it-tim ta’ San Ġiljan ma kienx b’saħħtu daqs issoltu għalkemm f’din il-partita pproduċa wirja ferm qalbiena.

Min-naħa l-oħra, m’hemmx dubju li wieħed stenna iktar minn Neptunes għalkemm ħarġu fuq in-naħa rebbieħa.

San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, iżda Neptunes wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħu t-tieni u t-tielet sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 4-2 u 6-3, bis-Saints ikunu l-aħjar tim matul l-aħħar sessjoni fejn fil-fatt ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1, iżda dan kien tard wisq għalihom biex almenu joħorġu b’riżultat ta’draw mill-pixxina.

Għal Neptunes l-aqwa skorer kien is-solitu Stevie Camilleri b’ħames goals, waqt li għall-Ġiljaniżi spikkaw l-ex tal-partita Jake Muscat, il-Kroat Kragic u Dean Bugeja li rreġistraw hat-trick personali.

San Ġiljan: K. Manara, J. Muscat (3), J. Marinic-Kragic (3), N. Schiavone (1), R. Caruana, G. Galea, J. Pace Tomeni, J. Darmanin, T. Attard, N. Zammit (1), D. Zammit, A. Fenech (1), A. Muscat, L. Dimech (1), D. Bugeja (3)

Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze, L. Mallia, J. Camilleri (3), J. Valletta, S. Camilleri (5), I. Nagaev (3), M. Castillo (2), J. Bajada, M. Azzopardi, M. Zuvela (1), M. Rossi, A. Fava, H. Shramm

Referees: Federico Braghini, Daniele Bianco

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here