Friday, December 13, 2024

“Għal din ix-xitwa ma jidhirx li jkollna bżonn ir-raba’ doża tal-vaċċin” – id-DPM

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. Huwa qal li bħalissa f’Malta għandna inqas minn 1,200 każ attiv ta’ Coronavirus u 45 każ minnhom li jinsabu rikoverati f’Mater Dei bi tlieta minnhom jisabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Min-naħa l-oħra ngħataw 1,234,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, b’madwar 340,000 minnhom ikunu dożi tal-booster. Dan ifisser li għandna qrib it-80% tal-adulti minn 18-il sena ‘l fuq li huma mlaqqma bil-booster ukoll. 

Sa issa ngħataw ukoll 25,000 doża tal-vaċċin lil tfal, li jfisser 42% ta’ dawk bejn il-5 u l-11-il sena li ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża.

Fejn jidħol l-exit road map b’rabta mar-restrizzjonijiet, Fearne tenna li l-għan huwa li għall-bidu tas-sajf inkunu wasalna biex inneħħu prattikament il-maġġoranza tal-miżuri. 

Huwa qal li l-informazzjoni għal Malta hija li fil-komunità hemm biżżejjed immunità biex għal din ix-xitwa ma jidhirx li jkollna bżonn ir-raba’ doża tal-vaċċin. Sostna li wieħed irid jibqa’ janalizza s-sitwazzjoni f’dan ir-rigward.

Ekonomija

Sport