Għad-delettanti kollha tal-festi b’mod speċjali għal Bormliżi, għal nies ta’ San Franġisk fir-Rabat Għawdex u tal-Kunċizzjoni tal-Qala għandhom aħbar tajba.
Jidher li s’issa t-tbassir tat-temp qed juri li fit-8 ta’ Diċembru se jkun imsaħħab u se jkompli jisaħħab, iżda ebda xita ma hi prevista.
Mhux l-istess jista’ jingħad għal lejlet il-festa meta mistennija ġurnata xita, iżda għal filgħaxija t-temp jibqa’ msaħħab biss.
Eluf ta’ persuni li jistennew it-8 ta’ Diċembru biex jiċċelebrraw festa pubblika oħra u fost l-oħrajn jistennew li tinħareġ l-aħħar purċissjoni għal kull sena.
Intant il-Knisja ta’ San Franġisk f’Għawdex qiegħda tfakkar il-175 sena tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-istatwa kienet ġie imnaxqa fl-injam mill-iskultur Salvatore Psaila.
Ilejla fil-Knisja ta’ San Franġisk se ssir serata fis-7.30pm biex jitfakkar dan l-anniversarju.