Wednesday, April 24, 2024

Hibernians jirbħu mingħajr na jimpressjonaw

Aqra wkoll

Sirens……………0

Hibernians…….1

F’partita li ftit li xejn offriet okkażjonjijiet perikolużi Hibernians mingħajr ma mpressjonaw kisbu dak li kellhom bżonn jiġifieri tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Sirens bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal minn Ali Diakite fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.

Kien biss fit-28 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Hibernians jkunu huma li joħolqu l-periklu meta freekick insidjuż ta’ Jurgen Degabriele ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-44 minuta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Kurt Shaw, wara li rċieva minn cross mix-xellug, intemmet ftit barra.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Pawlisti u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, fetħu l-iskor permezz ta’ xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ ALI DIAKITE li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech, b’dan ikun il-200 goal ta’ dan l-istaġun.

Ta’ nota huwa l-fatt li l-aħħar darba li player ta’ Hibernains skorja l-200 goal tal-istaġun kien Bjorn Kristensen meta kien fetaħ l-iskor kontra Balzan fit-22 ta’ Novembru 2015.

Fit-tieni taqsima, ma ġiet innutata l-ebda azzjoni denja ta’ nota, b’Hibernians ikomplu jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita, b’Sirens  jagħmlu minn kollox biex jippruvaw jinfdu lid-difiża avversarja iżda din kienet ferm organizzata u kumpatta u annullat għal kollox l-attakki tagħhom.

Sirens: 24-Matthew Grech, 3-Gary Camilleri, 4-Weder Soares Da Silva, 6-Marcelo Muniz Pereira, 8-Rei Tachikawa (26-Siraj Eddin Arab 81), 17-Jacob Walker, 21-Amah Ayo Vaikanah, 22-Alex Cini, 25-Paulo Vyctor Bento De Vale, 27-Ivan Vaselnov Kolev, 31-Degran Jackson (38-Stephane Sessegnon 65) Coach: Winston Muscat   

Hiberians: 24-Ibrhaim Kone, 3-Ferdianando Apap, 4-Kurt Shaw, 6-Gonzalo Llerena Bravo, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (12-Dunstan Vella 88), 13-Zachary Grech (7-Thaylor Aldama 73), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Yunusa Owolabi Muritala (9-Jairo Morillas Rivero 88), 42-Ali Diakite (88-Rodolfo Soares 90) Coach: Andrea Pisanu

Referee: Alex Johsnon

Ass. Referees: Duncan Sultana, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: A. Diakite 46 (H)

Ammoniti: Ħadd
Player tal-Logħba: Ali Diakite (H)

Sport