Tuesday, April 23, 2024

Balzan jaħsdu lil Gzira United

Aqra wkoll

Balzan……………….1

Gzira U………………0

Balzan ħasdu lil Gżira United meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Kienu l-Maroons li ħarġu fuq l-offensiva u fit-22 minuta, Jefferson De Assis kellu daqqa ta’ ras mill-viċin li ġiet salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono.

Balzan wieġbu tmien minuti wara u marru fil-vantaġġ meta wara minn freekick ta’ Aleksa Andrejic, MILOS ZLATKOVIC, mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-33 minuta Alex Satariano kellu t-tentattiv tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper Kroat ta’ Gzira, Darjan Zarkov.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Balzan u fit-43 minuta, xutt mid-distanza ta’ Duvan Torres għadda għoli.

Fit-tieni taqsima Gzira ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fis-60 minuta, freekick insidjuż iżda ċentrali ta’ Gabriel Bohrer Mentz ġie salvat tajjeb minn Jonathan Debono.

Balzan wieġbu fi-75 minuta u kienu sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta xutt ta’ Mateus Nogueirara stampa mal-wieqfa.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz (93-Thiago Espindola 82), 5-Luke Tabone, 7-Steve Pisani (6-Nikolai Muscat 68), 8-Zachary Scerri (47-Brooklyn Borg 82), 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos (23-Ricardo Correa Duarte 68), 22-Toni Kolega, 44-Mario Cosic, 91-Maxuel Maia, 94-Jefferson De Assis (17-Clive Gauci 82) Coach: Darren Abdilla

Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 4-Duvan Torres, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres, 19-Milos Zlatkovic, 21-Alex Satariano (14-Zak Grech 94), 24-Nikola Braunovic, 33-Matheus Nogureira (86-Bojan Kaljevic 84), 77-Aleksa Andrejic (44-Adam Bradshaw 84) Coach: Oliver Spiteri

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: Edward Spiteri, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha

Skorers: M. Zlatkovic 30 (B)

Ammoniti: J. De Assis, L. C. Riascos, Z. Scerri (G), J. Debono, I. Bozovic, D. Torres, A. Torres, N. Braunovic, M. Nogureira (B)

Player tal-Logħba: Angel Torres (B)

Sport