Saturday, December 21, 2024

GĦALIEX IL-PL SE JIRBAĦ L-ELEZZJONI?

Aqra wkoll

L-awtur Ingliż, Simon Sinek kien qal li tmexxija tajba ma tikkonċentrax fuq l-elezzjoni li jmiss imma fuq il-ġenerazzjoni li jmiss. Dan il-prinċipju huwa purament ir-raġuni il-għala il-Partit Laburista ser ikun fit-tmun ta’ pajjiżna wara is-26 ta’ Marzu li ġej. Tassew, dak wettaq tul dawn l-aħħar snin Gvern Laburista witta t-triq għal Malta tal-llum u wisq aktar għal Malta ta’ għada billi investa f’kull wieħed u waħda minnha. Dan sar biex tassew int u jien nistgħu ngħixu l-aspirazzjonijiet tagħna u il-ħolm tagħna. Dak li bena tul dawn l-aħħar snin Gvern Laburista ħoloq pedment sod, għalina, għal uliedna u għal pajjiżna. 

Dan mhux biss kliem fieragħ imma kliem sostanzjat b’dak li naraw madwarna, ġġustifikat b’dak li għandna fil-but, u ikkonfermat minn kull persuna li żort tul dan il-vjaġġ politiku tiegħi fl-ewwel u t-tielet distrett. Il- Malta li fassal Gvern Laburista hija Malta b’ruħ soċjali, Malta ħabrieka u Malta li ma tibżax.

Kollox miexi sew? Żgur li le. Għad baqa’ ħafna x’isir għax l-sfidi jkomplu jikbru, għax il-pandemija COVID-19 kompliet iżżid l-piż fuq pajjiżna u wisq riktar ful kull individwu u għax dak li qed jiġri fil-lvant tal-Ewropa ser ikollu impatt b’xi mod fuqna lkoll. Però ejja ma ninsewx minn fejn bdejna u fein wasalna. Ejja ma ninsewx il-pass għaqli li ħa Gvern Laburista tul il-pandemija li permezz tiegħu pproteġa l-ekonomija lokali, ggarantixxa stabbiltà ekonomika lil kull familja u ħoloq pedament biex pajjiżna jista’ ħares lejn għada fejn Malta tista tkompli tikber u tilħaq il-miri ambizzjużi tagħha. 

Ejja ma ninsewx li tul il-pandemija, is-suq tax-xogħol baqa’ wieħed b’saħħtu. Ir-rata ta’ impjiegi (20-64) f’Malta fl-2019 kienet ta’ 76.8%, filwaqt li fl-ewwel kwart tas-sena 2021 din ir-rata telgħet għal 77.3%. Il-medja tar-rata tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea (EU27) f’dan il-perjodu naqset b’1.7 punti perċentwali, waqt li dik ta’ Malta żdiedet b’0.5 punti perċentwali. Barra minn hekk, ir-rata tal-qgħad f’Malta fl-2019 kienet ta’ 3.6% u niżlet għal 3.2% f’Awissu tal-2021, filwaqt li dik tal-medja tal-Unjoni Ewropea żdiedet minn 6.7% għal 6.8%. Ejja ma ninsewx l-anqas li dan il-Gvern nefaq €1.5 biljuni biex il-ħaddiema jżommu xogħolhom. Tassew, dan il-pajjiż ċkejken kien ta’ eżempju għal pajjiżi ferm ikbar minnu. 

Sar ħafna wkoll fuq livell distrettwali. Ta’ min wieħed ifakkar li ġie inawgurat il-proġett tal-Marsa Junction. Il-progett, b’investiment totali ta’ €70 miljun u kofinanzjat minn fondi Ewropej hu l-akbar proġett infrastrutturali li qatt rat Malta u qed jitqies bħala gateway għan-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Ġew imnedija proġetti oħrajn fl-istess distrett.

L-istess nistgħu ngħidu fuq it-tielet distrett fejn il-Gvern nieda pjan ta’ riġenerazzjoni għall-villaġġ pittoresk ta’ Marsaxlokk bi proġett fil-parti magħrufa bħala “Il-Magħluq” b’spiża ta’ madwar €5 miljuni. Sar ukoll Breakwater biex jipproteġi d-dgħajjes mill-mewġ fil-maltemp u b’hekk qed jillimita l-ħsara li s-soltu jġarrbu u konsegwentament dan ifisser inqas spejjeż tas-sajjieda. Dan bier ma nsemmux il-proġett tal-‘fish landing site’.

Sar xoghol f’Marsaskala biex dan ir-raħal jingħata l-importanza mistħoqqa. Fosthom insemmu il-proġett tal-grawnd tal-futbol b’investiment ta’ €2.5m. Il-gvern investa wkoll fil-belt taż-Żejtun. Tassew, f’Novembru li għadda, ġiet inawgurata blokka mkabbra u mmodernizzata fl-iskola sekondarja taż-Żejtun. Dan bħala parti minn investiment ta’ ħames miljun ewro li qed jara t-tiġdid tal-blokok kollha f’din l-iskola. Gvern Laburista li investa f’infrastruttura ahjar permea ta’ investimenti f’toro fosthom triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun, proġett se jiġi jiswa mal-€1.5 miljun  kif ukoll Vjal il-25 ta’ Novembru. 

“Dak huwa għalfejn nemmen f’Gvern Laburista li għalih Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox. Dejjem u kullimkien”

RAY ABELA

Jien tajt il-kontribut tiegħi tul il-vjaġġ politiku tieghi permezz ta’ inizjattivi mmirati li jimxu pari passu ma dawk tal-Gvern Laburista. Dak kien l-iskop tal- pjattaforma elettronika bl-isem ta’ ’iċ-Ċittadin’ li l-għan tagħha huwa biex jagħti liċ-ċittadini l-abbiltà li jirreġistraw każ direttament miegħi u mat-tim tieghi. Dak kien l-skop tal-e-ME li huwa tagħlim b’xejn għal kulħadd mhux biss għal-adulti u l-anzjani iżda kollezzjoni ta’ taħriġ b’xejn għaż-żgħażagħ u tfal ta’ kull età. Dak kien l-skop tal-proġett Robotica, li kien jikkonsisti f’serje ta’ korsijiet għal tfal ta’ bejn 5 u 11 il-sena, maqsuma skond l-etajiet f’ żewġ gruppi bejn 5 sa 8 snin u 9 sa 11 il-sena.  Dak kien l-skop koll ta’ inizjattivi bħal- “e-Anzjan”, “LEARN IT” u “Tablet by the Bed”. 

Sar ħafna u ħafna ghad irid isir kif imħabbar fil-Bagit 2022, kif jixhdu l-100 IDEA  tal-Partit Laburista, kif elenkat fil-Vizjoni Ekonomika tal-Gvern għal għaxar snin li ġejjin, u kif spjegat fil-programm elettorali tal-Partit Laburista. Proġetti ambizzjużi u li jħarsu fit-tul imma fuċ kollox immirati biex Malta tkun fuq quddiem fuq livell, soċjali, ekonomiku, kulturali u infrastrutturali. Proġetti immirati bisex tassew nagħmlu differenza f’ħajjet in-nies. 

Dak huwa ir-raġuni għalfejn survey wara ieħor jikkonfermaw maġġoranza komda favur il-Partit Laburista. Dak huwa għalfejn il-Partit Laburista kien, għadu u jibqa partit rebbieħ.  Dak huwa għalfejn nemmen f’Gvern Laburista li għalih Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox. Dejjem u kullimkien. Dak huma għalfejn il-Partit Laburista huwa l-unika alternativa kredibbli biex pajjiżna verament jilhaq il-milja tiegħu fis snin li ġejjin u biex pajjiżna tassew iwitti t-triq ghal-Malta ta’ għada wara l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu. 

Ekonomija

Sport