Waqt intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, bħala reazzjoni għall-aħħar stħarriġ ippublikat minn The Sunday Times of Malta, jgħid li filwaqt li dan l-istħarriġ jimlieħ b’kuraġġ jelenka li l-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jibgħat messaġġ, “qiegħed juri li jrid bidla”.
L-ogħli tal-ħajja f’Gvern Nazzjonalista
Meta mistoqsi dwar l-ogħli tal-ħajja, Grech qal li naqblu lkoll li jekk ma jkollokx ekonomija tal-pajjiż b’saħħitha, inti u allura anke l-pajjiż, ma tistax timxi ‘l quddiem. “Aħna ma rridux li jkollna ekonomija one size fits all… Hemm livell bażiku ta’ ħajja diċenti li kulħadd għandu jilħaq. Ma rridu ‘l ħadd li jaqa l-isfel minn dan il-livell bażiku.”
Joseph Muscat u Robert Abela
Huwa ddeskriva lil Robert Abela bħala “Prim Ministru, li huwa dghajjef” u “ma jistax’ jieħu deċiżjonijiet.” Sadanittant huwa qal li, il-problema hija li Robert Abela mhux kapaċi jinqata’ minn Joseph Muscat u għaliex jiddependi u għadu b’xi mod jew ieħor ikkontrollat minnu. Jgħid li, in-nies għandhom bżonn tama’ ġdida u dik it-tama’ la jista’ jtijielhom Joseph Muscat u lanqas is-sostitut tiegħu li għadu jmexxi b’kontinwità tiegħu. “Illum ngħid li, għalija u għal Malta, Muscat ġab il-ħsara.”
Edward Zammit Lewis, “falla”
“Meta inti tara, li mhux biss in-nies li jkollhom bżonn jersqu lejn il-qorti jitkellmu, imma anke l-imħallfin stess, qiegħdin juruna biċ-ċar li għandna problema sejra ta’ kif qiegħdin joperaw il-qrati tagħna,” saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa żied jgħid li fejn jidħlu ċertu liġijiet, fejn tiħdol it-teorija, xi xogħol għamel u dak irridu nirrikonoxxuh. “Però, meta jkollok, Ministru tal-Ġustizza ma jistax jippretendi li ahna nkejlu l-prestazzjoni tiegħu fuq it-teorija biss iżda rridu naraw fil-prattika kif qiegħed verament jimxi il-qasam tal-ġustizzja f’pajjiżna.”
Grech qal li ma nistgħu nittolleraw aktar din is-sitwazzjoni, “għandna Ministru tal-Ġustizzja li, sfortunatament, f’dan is-settur li… falla. Mhux biss falla politikament, għax kien viċin wisq ma’ allegat kriminal, iżda falla għax is-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja baqgħet sejra minn ġurnata għal oħra, għall-agħar u ma sar ebda avvanz.”
Nuqqas ta’ infermiera u għalliema
Mat-tmiem tal-intervista Grech ddiskuta s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna fejn jidħol il-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni, deskritti aħjar bħala, “pilastri importanti”. Jgħid, li dak kollu li se jkunu qiegħdin jiddeċiedu, la darba jkunu fil-Gvern bħala PN, “żgur li mhux se jkun kif għamel dan il-Gvern”.