Sunday, November 24, 2024

“Għalina ġurnata speċjali għax qegħdin ingawduk u narawk ġej għall-aħjar”

Jake Vella jiċċelebra għeluq sninu

Aqra wkoll

Mhux kull sena jkollna l-opportunità niċċelebraw għeluq sninna bl-istess mod. Minkejja dan kollu, minn fost kull sitwazzjoni diffiċli, kulħadd jista’ joħroġ il-pożittiv u hekk għamlet omm Jake Vella. 

Filwaqt li awguratlu f’għeluq sninu, hija qalet li minkejja li jinsab fl-Isptar Mater Dei, għalihom dan hu jum speċjali fejn qegħdin ikomplu jgawduh u anke jarawh jagħmel progress. 

“It-tbissima u determinazzjoni li għandek kapaċi terbaħ kull battalja. Inħobbuk”, tenniet ommu. 

It-tfajjel seraq il-qlub ta’ bosta persuni li fl-aħħar snin komplew isegwu mill-qrib l-istorja tiegħu anke minħabba d-determinazzjoni tiegħu biex jegħleb il-kundizzjoni tar-Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction (ROHHAD). Fost l-isfidi kbar ta’ din il-kundizzjoni, Jake jkollu jitħarreġ għal sigħat twal minħabba li wieħed mis-sintomi ta’ dawk affettwati huwa żieda fil-piż b’mod aċċellerat.

Sport