Saturday, November 23, 2024

Għalkemm nieqes mid-dawl, jagħmel ħafna affarijiet u indipendenti.

Aqra wkoll

“Puttinu dejjem kien hemm għalina meta konna nitilgħu Londra, tant li Kezman jixtieq imur Londra u jżur xi fletts Li kien joqgħod fihom meta kien ikollu xi intervent . Kezman huwa ġuvni qalbu tajba u dħuli. Għalkemm nieqes mid-dawl jagħmel ħafna affarijiet u indipendenti ħafna”.

Dan il-messaġġ qasmitu Puttinu Cares fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn spjegat li Kezman issa għandu 14-il sena, kuraġġuż ħafna u ma jaqta’ qalbu qatt. Spjegaw li qiegħed jikber bħal kull tifel ieħor għalkemm il-problemi dejjem jiżdiedu u l-għajnejn dejjem bil-komplikazzjonijiet.

Irrimarkaw li bħalissa qiegħed jiġi operat hawn Malta u li l-iskola jmur tajjeb ħafna u l-passatemp tiegħu huwa li jdur il-lukandi.

Puttinu żied jgħid; “Kemm ilu li kiber għandu ħafna ħolm li jixtieq iwettaq, fosthom li jsiefer u jdur ftit mill-postijiet sbieħ tad-dinja. Fil-Ġimgha l-Kbira aħna ħa nkunu hemm u ħa nistennew it-telefonata tiegħek. Kezman jappella lill-poplu biex jagħti mill-ftit li għandu”

Sport