Wednesday, April 24, 2024

Riżultati bikbrin tal-elezzjoni fir-Russja juru li Putin mistenni jirbaħ b’maġġoranza qawwija

Aqra wkoll

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin mistenni li jibqa’ fil-poter bħala President Russja għas-sitt snin li ġejjin. Dan hekk kif il-midja internazzjonali rrappurtat li huwa jinsab favorit ħafna li jiġi elett mill-ġdid. 

Matul il-kampanja elettorali, ġie nnutat kif tliet kandidati oħra qagħdu lura milli jikkritikaw lill-president. Dan propju minħabba li hemm biża’, li Putin nnifsu kien involut fil-mewt tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Alexei Navalny.

Fl-ewwel jumejn tal-votazzjoni, eluf ta’ impjegati tas-settur pubbliku, studenti, u ħaddiema minn korporazzjonijiet Russi tefgħu l-vot tagħhom. Minkejja dan kollu, kien hemm ukoll diversi ċittadini li ħassew li kellhom jipprotestaw. 

Għadd ta’ ċittadini, li kienu qed jivvutaw f’Moska u lil hinn mir-Russja, organizzaw dimostrazzjoni kwieta forma ta’ protesta għall-ħabta tal-12:00 p.m. Huwa maħsub li l-moħħ wara dan kollu, kienet l-armla ta’ Navalny, Yulia Navalnaya. 

L-ewwel jumejn tal-vot kienu karatterizzata minn għexieren ta’ inċidenti ta’ vandaliżmu fil-postijiet tal-votazzjoni u konsegwentament għexieren ta’ nies spiċċaw arrestati madwar ir-Russja. Hu rappurtat li l-maġġoranza tal-arresti saru f’Moska, Kazan u San Pietruburgu.

Sport