Monday, May 13, 2024

Dats So Crazy jiddebutta b’rebħa

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-ħdax-il laqgħa tas-sena li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Marsa ta l-bidu għal żewġ kampjonati oħra. Dawn huma l-kampjonat Bavaria għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza twila ta’ 2640m u l-kampjonat MRTL għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Il-programm kien jikkonsisti minn ħdax -il tiġrija kollha tat-trott. 

Mis-seba’ heats tal-klassi Gold 35 żiemel għamluha għas-semifinali. Fl-ewwel heat l-Iskandinava Dear Matrix (Rodney Gatt) akkwistat l-ewwel rebħa tagħha f’Malta wara li żiedet il-pass fl-aħħar metri. Cruise (Paul Galea) ħa t-tieni rebħa tas-sena fit-tieni heat filwaqt li Dynamit Life (David Galea) akkwista l-ewwel rebħa tas-sena fit-tielet heat. Il-favorit Iron de Ginai (Charles Degiorgio) ma falliex milli jieħu t-tielet rebħa nfila u f’Malta fir-raba’ heat filwaqt li fil-ħames waħda kien Elton Ball (Gianluca Grach) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna faċilment b’vantaġġ ta’ ħames tulijiet. 

Kif mistenni kien Extra Mossa (Noel Baldacchino) li ddomina s-sitt heat biex ħa t-tieni rebħa nfila u f’Malta filwaqt li l-aħħar heat intrebħet mid-debuttant Żvediż Dats So Crazy (Anton Cassar) li kellu sprint qawwi fid-dritta finali. 

Intant laqgħa oħra ta’ tiġrijiet issir nhar it-Tlieta festa pubblika. Din tinkludi l-finali tat-Tazza San Franġisk tal-klassi Copper bl-ewwel tiġrija tkun tibda fis-1.30pm. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Jaguar Des Caux (J.C. Pace) Ħin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Jakino (S. Galea) 3. Jewel Dream (Ch. Gauci) 4. Irazu Des Racques (Cherise Farrugia) 

II Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Ilona Park (D. Cortis) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Cooper Club (S. Schembri) 3. Favori de Nay (Ch. Vassallo) 4. Express Novo (I. Galea) 5. Ernest Des Angles (Ch. Gauci)

III Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Erromanga (Cherise Farrugia) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Helice Du Parc (R. Gatt) 3. Grace (J. Farrugia) 4. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 5. Emissoro (R. Schembri) 

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Dear Matrix (R. Gatt) Ħin – 3.19.7” (1.15.7”) 2. Elorn (Ch. Camilleri) 3. Arno Dell’Est (P. Galea) 4. Flash de Celland (D. Ellul) 5. Mamanedshismoney (J.C. Pace) 

V Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Cruise (P. Galea) Ħin – 3.18.6” (1.15.2”) 2. Deede Star (Ch. Camilleri) 3. Darwin La Mesange (I. Stivala) 4.  Full Iron (R. Gatt) 5. Glenn Boko (G. Calleja)  

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Dynamit Life (D. Galea) Ħin – 3.18” (1.15”) 2. Don Josco (R. Magro) 3. First Dream (Ch. Camilleri) 4. Djado (C. Caruana) 5. Mellby Drake (J. Spiteri) 

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Iron de Ginai (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.17.2” (1.14.7”) 2. Dream Turgot (R. Gatt) 3. Venale (P. Galea) 4. Clovis Montaval (M. Bugeja) 5. Ami De Clerlande (M. Ellul) 

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Elton Ball (G. Grech) Ħin – 3.20.1” (1.15.8”) 2. Cutty Sark (Ch. Camilleri) 3. Floalts Cesna (P. Galea) 4. Gabin Sellois (R. Briffa) 5. Ecuador (R. Magro) 

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Extra Mossa (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.1” (1.15”) 2. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) 3. Dear Money (L. Ghigo) 4. Fairplay Du Vivier (M. Ellul) 5. Emile Du Var (Ch. Camilleri) 

X Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Dats So Crazy (A. Cassar) Ħin – 3.21.3” (1.16.3”) 2. Enclos (R. Gatt) 3. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 4. Andover Heaven (Ch. Camilleri) 5. Fragonard (P. Galea) 

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Carlos Stephanie (N. Barbara) Ħin – 3.23.4” (1.17”) 2. No Pressure (K. Galea) 3. Gitano De Feline (A. Grech) 4. Dessert Compris (J. Gafa’)

Sport