Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Wieħed mill-aktar kritiċi ħorox ta’ Infantino qed jiffaċċja azzjoni dixxiplinari

Wieħed mill-aktar kritiċi ħorox ta’ Infantino qed jiffaċċja azzjoni dixxiplinari

0
56

Il-Prinċep Ali bin al-Hussein tal-Ġordan, wieħed mill-aktar kritiċi ħorox tal-president tal-FIFA Gianni Infantino, qed jiffaċċja azzjoni dixxiplinari wara li akkużah b’indħil politiku, pressjoni u tixħim.

Il-Prinċep Ali sostna li l-kungress tal-Konfederazzjoni Asjatika tal-Footbakk f’Tokjo ntuża biex isaħħaħ il-kandidatura ta’ Infantino għall-elezzjoni mill-ġdid, filwaqt li l-parteċipanti ma tħallewx jiddibattu liberament.

L-AFC ċaħdet l-akkużi bħala bla bażi u ħabbret li se tirreferi l-kummenti tiegħu lill-korpi ġudizzjarji tagħha. 

F’Awwissu, il-Prinċep Ali kien akkuża wkoll lil Infantino b’rikatt, u sostna li l-FIFA offriet li tħaffef pagamenti lill-federazzjoni tal-Ġordan bi skambju għall-appoġġ tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here