Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Liverpool jerġgħu jagħmlu kuntatt mar-rappreżentanti ta’ Lamine Camara

Liverpool jerġgħu jagħmlu kuntatt mar-rappreżentanti ta’ Lamine Camara

0
50

Liverpool reġgħu għamlu kuntatt mar-rappreżentanti ta’ Lamine Camara hekk kif qed jippreparaw offerta possibbli għall-midfielder ta’ Monaco fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Il-player Senegaliż ta’ 22 sena kien viċin li jingħaqad ma’ Chelsea fis-sajf, iżda t-trasferiment falla. Minkejja d-diżappunt, Camara kompla jispikka ma’ Monaco, fejn skorja darbtejn u pprovda assist f’10 dehriet minn 12-il partita.

Liverpool iqisu lil Camara bħala rinforz potenzjali importanti għal nofs il-ground. Madankollu, trasferiment f’Jannar għadu mhux garantit, hekk kif għad irid  jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ clubs u l-player. 

Chelsea, intant, qed jiffukaw fuq Alex Scott ta’ Bournemouth.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here