Luxol St. Andrews kellhom bidu perfett fil-Main Round tal-UEFA Futsal Champions League – Grupp 7, wara li għelbu lit-tim Daniż Hjørring Futsal Klub bl-iskor ta’ 4–2 fil-PalaMaggiore f’Leinì, l-Italja.
Skorers għal Luxol:
Jefferson Alves – 3:24
Luiz Murad – 21:02, 34:32
Castelo Branco Carvalho De Sa – 26:34
Il-gowls ta’ Hjørring ġew skorjati minn Rams fis-6:20 u Kasumovic fid-39:52.
Luiz Murad kien l-eroj ta’ Luxol b’żewġ gowls; huwa sab ix-xibka darbtejn fit-tieni taqsima hekk kif iċ-champions Maltin kisbu tliet punti importanti fl-ewwel ġurnata.
M’hemmx ħafna żmien biex jistrieħu, hekk kif Luxol jerġgħu jidħlu fl-azzjoni għada, il-Ħamis 29 ta’ Ottubru, meta jaffrontaw lit-tim Finlandiż Futsal Mad Max fit-tieni konfront tagħhom fi Grupp 7.
Luxol se jimmiraw li jibnu fuq il-bidu eċċellenti tal-lum u jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva, qabel l-aħħar logħba tagħhom fil-grupp kontra l-ospiti L84 Torino.
Prosit lil Luxol għal dan il-bidu mill-aqwa u l-isbaħ xorti għal għada!




